Widget 103 FM

Nathalie Camilleri

Għalliema tal-mużika fl-iskola 'St Joseph' fejn ilha dawn l-aħħar ħmistax il-sena. Nathalie għandha l-L.R.S.M fid-daqq tal-pjanu u tħobb ukoll iddoqq il-kitarra. Hi tħobb ukoll is-safar, l-kant u d- drama. Ilha ma’ Radju RTK sittax il-sena u tammetti li l-programmi għenuha tiżviluppa l-karattru tagħha u tħares lejn il-ħajja ta’ madwarha b’mod aktar pożittiv. Temmen li kull xandar għandu jwassal messaġġ ta’ kuraġġ u tama lill kull min ikun qed jisimgħu.

English Version
Nathalie Camilleri

Fuq Radju RTK iż-żgħażagħ għandhom posthom b’mod speċjali. F’dan is-servizz iż-żgħażagħ jitkellmu u flimkien ma’ counsellor jew nies esperti fl-oqsma varji se jiddiskutu dak li ħafna drabi jispiċċa bħala suġġett kontroversjali. Eżempju ta’ dan huma topics bħal Teenage Pregnancy, is-Sesswalita’, Il-Body Piercing, il-moda u kif din tinfluwenzana, id-dixxiplina u r-rispett lejn l-Awtorita’, il-flus u l-valur tagħhom, il-ħinijiet tal-ħruġ, Paceville, il-Peer Pressure u l-ħbieb. Il-Ħamis fit-3.30pm sal-5.00pm. Jippreżentaw Nathalie Camilleri u Fr Karm Debattista.

 
End of page