Il-Bikarbonate tas-Soda jaħdem fejn jidħlu affarijiet li tkun trid torokhom. Huwa effettiv ħafna biex ineħħi l-irwejjaħ. Tajjeb biex jintuża fit-tindif tal-kmamar tal-banju jew fil-kċina. Il-Baking Soda ineħħi it-tbajja, u jista jintuża mat-tlaħliħ tal-ħwejjeġ biex irattabhom.
Il-Burax jista jinxtara mingħand l-ispiżeriji. Dan jgħin ħafna fit-tindif ta' dar. Il-Burax (bl-Ingliż Borax) huwa minerali naturali, li m’għandux jittiekel għaliex jista’ jirrita l-ġilda. Jista jintuża biex ineħħi t-tbajja jew biex ikeċċi l-insetti, għalkemm irid jintuża b’attenzjoni fid-djar fejn hemm tfal żgħar jew annimali.
Il-Cornstarch tajjeb biex tillamta il-ħwejjeġ. Il-Cornstarch jassorbi ukoll żjut u grease. Tajjeb ukoll biex ineħħi t-tbajja minn fuq l-uċuħ tal-kċina.
Il-lumi huwa effettiv hafna biex tnaddaf il-borom li jkollhom qiegħan tar-ramm. Il-meraq tal-lumi huwa bleach naturali, speċjalment meta tikkumbinah max-xemx. Ineħħi t-tbajja taż-żjut u jista’ jintuża għall-ħasil tal-platti.
Il-melħ huwa soluzzjoni fejn għandek affarijiet li jistgħu jinbarxu. Huwa idejali biex tneħħi s-sadid jew il-moffa minn fuq il-madum. Jgħin ukoll biex tillostra ir-ramm u l-fidda.
Il-krema tas-snin (toothpaste) huwa tajjeb ħafna biex tnaddaf bih. Jista jintuża biex titnaddaf il-fidda. Jintuża wkoll biex ineħħi t-tbajja minn fuq ħwejjeġ bojod, minn fuq żraben tat-tennis kif ukoll fi bnadi oħra fejn ikun hemm bżonn.
Il-Ħall jista jintuża biex irattab il-ħwejjeġ meta jitpoġġa mal-ilma tat-tlaħliħ. Huwa idejali biex jintuża għat-tindif. Il-ħasil tal-art bil-ħall jagħtik riżultati tajbin bl-art tleqq u bi prodott li ma tantx jiswa flus. Il-ħall jista’ jitħallat mal-baking soda, u jintuża biex tnaddaf t-toilets.