Il-mili ta’ xi wiżża jew dundjan il-forn magħmul mis-salvja u l-basal huwa verament “mediċina tal-kċina” billi s-salvja tgħin id-diġestjoni ta’ ikel tqil u rikk. Il-koki Taljani dejjem iżidu werqa salvja fit-taġen meta jaqlu z-zalzett jew il-majjal.
Is-salvja taġixxi wkoll bħala stimulant tas-sistema nervuża ċentrali, li jagħmilha tonic utli ħafna għall-konvalexxenti jew għal dawk li jbatu mill-istress jew eżawriment nervuż. Hija tajba għall-problemi tar-respirazzjoni u l-Franċiżi jagħmlu nbid tonic minnha li huwa tajjeb ħafna għal dawk li huma eżawriti jew qed jirkupraw minn xi infezzjoni kerha minn xi virus.
Madankollu, s-salvja hija sustanza qawwija – tista’ tnixxef il-ħalib tal-omm – għalhekk m’għandhiex tintuża għal skopijiet mediċinali għal aktar minn ġimgħa.
Rakkomandat:
Diġestjoni
Stress
Respirazzjoni English Version |