Thomas Pace hu d-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Ilu attiv fil-qasam tal-Malti minn meta kien student universitarju, permezz tal-għaqdiet u l-kontribut tiegħu f'bordijiet edukattivi, seminars, pubblikazzjonijiet, proġetti, siti elettroniċi u bloggs tal-Malti, li għadu jagħti sehmu fihom sal-lum. Hu gradwat bħala għalliem, jikkoordina l-kors universitarju fil-qari tal-provi bil-Malti u hu wkoll membru fil-kumitat tal-Akkademja tal-Malti.
English Version |