Widget 103 FM

Joyce Grech

 

 
Joyce Grech ilha fil-qasam tax-xandir mill-1993. Hija gradwata fil-livell tal-Masters fil-Kommunikazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-ġurnaliżmu mill-Universita’ ta’ Malta. Bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Senior Producer fl-istazzjon televiżiv Education 22. Għal għaxar snin, ipproduċiet numru ta’ spettakli għall-udjenza lokali u internazzjonali. Joyce tat sehemha fit-teatru bħala attriċi, direttriċi u għalliema. Din is-sena idderiġiet il-produzzjoni Mrs Warren’s Profession ta’ Bernard Shaw fit-Teatru Manoel għal kumpanija teatrali MADC. Hi wkoll Executive Producer fil-festival ta’ films qosra 'The Malta International TV Short Film Festival' għal 'Television Malta'. Rebħet il-premju tal-Awtorita’ tax-Xandir għall-Aħjar Programm tat-tfal fl-2001 u fl-2009 rebhet il-premju għall-Aħjar Programm Kulturali fil-Malta Television Awards.
 
Ħames snin ilu, ingħaqdet mat-tim ta’ Radju RTK fejn kienet il-producer tal-programm Cinemascope dwar il-films, Ir-Riedni f’Idejk dwar il-faqar u l-esklużjoni socjali u issa kuljum tiltaqa’ mas-semmiegħa permezz tal-programm Kaskata Kulturali, programm li jagħti informazzjoni dwar l-attivitajiet kulturali ta’ pajjiżna.
 
 

 

English Version
Joyce Grech
End of page