Francesco Pio Attard twieled il-Belt Victoria, Għawdex, u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat, fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex fejn studja l-Filosofija u t-Teoloġija, u mbagħad fl-Università ta’ Malta, mnejn fl-2011 kiseb Baċellerat ta’ l-Arti (Unuri) fit-Teoloġija. Sa minn età ċkejkna, hu wera interess qawwi fl-ilsien u l-letteratura Maltija, u fil-fatt fl-2001 rebaħ il-Premju Anna Muscat Azzopardi minn fost l-istudenti kollha tal-Malti fil-livell ordinarju. Hu ilu ikkontribwixxi f’diversi pubblikazzjonijiet lokali. Fl-età bikrija ta’ sbatax-il sena, Attard kien diġà ppubblika serje ta’ stanzi poetiċi ta’ natura devozzjonali fi ktejjeb ċkejken, Il-Litanija tal-Qalb ta’ Ġesù (2002), u fl-2006 hu kien wieħed mill-edituri tal-volum aġjografiku SAN ĠORĠ. Attard kien u għadu involut sew fil-produzzjoni ta’ bosta kotba u pubblikazzjonijiet oħra. L-esperjenza ta’ Francesco Pio Attard fix-xandir bdiet f’età ċkejkna ħafna fuq Calypso Radio, English Version | |