Ic-Chairman ta' Radju RTK Fr John Avellino huwa ġurnalista u lecturer fid-Dipartiment tal-Filosofija, fl-Università ta’ Malta.
Ilu jagħti s-sehem tiegħu fil-Media Centre tal-Knisja f’Malta għal aktar minn 20 sena, l-ewwel fil-gazzetta ta’ kull ġimgħa IL-ĠENS u aktar tard f’Radju RTK ukoll. Kien ukoll Editur tal-gazzetta IL-GENSillum online. Hu kien jipproduċi u jippreżenta l-programm ‘Minn IL-ĠENSillum online fuq Radju RTK. Għal snin twal kien jipproduċi wkoll il-programm soċjo-reliġjuz fuq TVM ‘Dawlilħajja’.
Għal xi żmien Fr John kien Assistent Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, l-uffiċċju lokali għall-United Nations High Commissioner for Refugees, membru tal-Educational Priority Project Support Group fi ħdan il-Cottonera Community Development Initiative u membru wkoll tal-iSteering Committee, Commonwealth People’s Forum – CPF. Fil-preżent huwa membru tal-Cottonera Rehabilitation Committee, jagħmel parti mill-Kunsill Presbiterjali tal-Arċidjocesi ta’ Malta u membru tal-Kulleġġ ta’ Konsulenti tal-Arċisqof. Hu kien ukoll wieħed mill-membri fundaturi tal-Fondazzjoni Vittmi Użura fi ħdan CARITAS Malta. Fil-preżent jokkupa l-kariga ta' Ċermen ta' Radju RTK English Version | |