Widget 103 FM

Fr. Philip Cutajar

Fr. Philip Cutajar, imwieled Ħaż-Żebbuġ huwa Franġiskan Kapuċċin li fi żmien sentejn oħra jiċċelebra 40 sena saċerdot. Matul il-ħajja tiegħu bħala qassis kellu diversi esperjenzi forshom bħala promotur vokazzjonali resposnabbli għal kandidati għas-saċerdozju. Kellu ukoll l-kariga ta’ superjur lokali, provinċjal u dan l-aħħar tnax’il sena kien missjunarju f’Cuba. Din l-esperjenza missjunarja ħaditu f’pajjiz fejn sar jaf xi tfisser tgħix il-fidi tiegħek. Imdawwar minn ambjent li kontinwament jisfidak kemm mir-Reġim Komunista–Ateju, u mhux mill-ħafna reliġjonijiet u setet li Cuba hija miżgħuda bihom. Imfittex għad-direzzjoni spiritwali u għal predikazzjoni ta’ irtiri, seminars u eżerċizzi Mqaddsa. Fr Philip ukoll kien wieħed li fil-bidu ta’ Radju RTK ta s-sehem tiegħu f’diversi programmi kemm fuq livell spiritwali u pastorali kif ukoll b’temi ta’ interess soċjali.


 

English Version
End of page