Widget 103 FM

Manuel Gauci

Manuel Gauci twieled Ħaż-Żabbar fil-21 ta’ Jannar tal-1950. Beda l-karriera fil-ġurnaliżmu sportiv mal-ġurnal 'il-Ħaddiem' fl-1 ta’ Mejju tal-1969. Mill-ewwel ta’ Jannar tal-1970 kien assistant editur tal-Isport tal-ġurnal tal-Knisja Il-Ħajja. Hu kien okkupa wkoll il-kariga ta’ editur tal-Isport sakemm fl-1982 issieħeb bħhala editur tal-isport tal-gurnal in-Nazzjon Taghna. Hu baqa’ f’din il-kariga sal-ahhar ta’ Ottubru tal-2010. Gauci ghamel diversi snin ukoll korrispondent tal-futbol u tal-waterpolo u ghamel kummentarji diretti ta’ logħbiet lokali u internazzjonali. Ma’ PBS kien imexxi programm dwar sport fi tmiem il-ġimgħa u anki ghamilha ta’ ko-ordinaturi fi programmi ta’ mużika u sport. Manuel Gauci ikkaverja diversi loghbiet internazzjonali tal-futbol barra minn Malta u kien prezenti ukoll ghall-edizzjoni tal-Loghob tal-Mediterran tal-1979 u rrapporta wkoll disa’ edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Zgħar. Fi tmiem il-akrriera tieghu Manuel Gauci kien onorat mill-Kumitat Olimpiku Malti, mill-Kunsill Malti għall-Isport u mill-Għaqda Ġurnalisti tal-Isport

English Version
Manuel Gauci
End of page