Widget 103 FM

Christine Delicata

Gradwata fis-'Social Work' mill-Universita' ta' Malta u tgħodd 17- il sena ta' esperjenza fix-xandir lokali kemm dak radjufoniku u televiżiv. Issieħbet ma' Radju RTK ghall-ewwel darba f'Jannar ta' 1993 bħala co-prezentatrici ta' programm għaż-żgħażagħ bl-isem ‘Jigmix’ wieħed mill-programmi minn tal-bidunett fuq Radju RTK. Aktar tard ipprezentat u ipproduċiet programmi varji fuq dan l-istazzjon, kemm ta' mużika, kwizz, programmi għaż-żgħażagħ, ġrajjiet kurrenti, diskussjoni u tagħrif ċinematografiku. Għal tlett snin ippreżentat il- programm 'Bejnietna' u stabbilixiet ruħha f'dan il-ġeneru ta' programmi. Hi wkoll kisbet esperjenza ma' bosta radjijiet lokali.

Għandha għal qalbha il-qasam tal-psikologija tat-tfal u l-familja, l-arti, il-kultura u l-gastronomija. Tul dawn l-aħħar snin ipproduċiet u ppreżentat diversi programmi televizivi u radjufonici marbuta propju ma dawn l-oqsma partikolari. Matul is-sentejn li għaddew ippreżentat il-programm dwar il-gastronomija ' Fil-Kcina ta' Christine'.
 

English Version
Christine Delicata

Agħraf għix ħajtek aħjar billi tieħu l-parir meħtieg fil-qasam li għandek bżonn. Jekk tisma’ l-programm GĦALINA LKOLL kuljum bejn id-9.15 am u nofs in-nhar tkun qed tgawdi minn konsulenza professjonali mingħand esperti li jogħġobhom jagħtu parir f’laqgħat mas-semmiegħa f’għadd kbir ta’ oqsma – legali, mediku, sbuħija, tisjir, perizja, dekor tad-dar, dieta eċċ.

 
End of page