Fuq Radju RTK iż-żgħażagħ għandhom posthom b’mod speċjali. F’dan is-servizz iż-żgħażagħ jitkellmu u flimkien ma’ counsellor jew nies esperti fl-oqsma varji se jiddiskutu dak li ħafna drabi jispiċċa bħala suġġett kontroversjali. Eżempju ta’ dan huma topics bħal Teenage Pregnancy, is-Sesswalita’, Il-Body Piercing, il-moda u kif din tinfluwenzana, id-dixxiplina u r-rispett lejn l-Awtorita’, il-flus u l-valur tagħhom, il-ħinijiet tal-ħruġ, Paceville, il-Peer Pressure u l-ħbieb. Il-Ħamis fit-3.30pm sal-5.00pm. Jippreżentaw Nathalie Camilleri u Fr Karm Debattista.