 Andrew Zammit, huwa kantant u kompożitur kif ukoll jirrekordja għadd ta' diski għall-kompożituri u kantanti Maltin. Sa minn Ottubru tal-2007 huwa beda jippreżenta programm ta' kanzunetti Maltin fuq Radju RTK. Aqra Iktar » | Anna Maria Mizzi hija omm miżżewġa bi tlett itfal. Hija taħdem part-time ma' kumpanija tal-assigurazzjoni. Anna ilha għal ħafna snin involuta fil-qasam tal-volontarjat. Hija wkoll taghti s-sehem tagħha fl-iskejjel rispettivi fejn jattendu uliedha.
Aqra Iktar » |
 Arthur Garrett jaħdem bħala full-time deejay u Sound Inġinier u jħobb il-ħajja. Miżżewweġ lil Josephine u għandhom żewġt iBniet. L-iktar mużika favorita tiegħu hija suċċessi ta’ kull tip ta’ Pop mis-Snin 60 sa’ dik tal-lum. L-artist favorit tiegħu huwa Pitbull Aqra Iktar » |  Astrid Sammut gradwata fil-Malti u l-Kommunikazzjoni u f’Post Graduate Diploma fit-Traduzzjoni. Aqra Iktar » |
 Gradwata fit-Teoloġija mill-Universita’ ta’ Malta. Tagħmel parti mill-Kommunita’ Cenakolo li torganizza diversi attivitajiet għaż-żgħażagħ fosthom il-laqgħat tal-Youth Fellowship. Għal għaxar snin Carmen ħadmet b’mod volontarju mal-Youth Fellowship. Illum tahdem l-Universita’ ta’ Malta.
Aqra Iktar » |  Charles Xuereb ilu midħla tax-xandir għal dawn l-aħħar 40 sena li matulhom ippreżenta u pproduċa għadd ta’ sensiliet televiżivi u radjufoniċi l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni, kultura u storja barra quizzes. Aqra Iktar » |
 Gradwata fis-'Social Work' mill-Universita' ta' Malta u għandha esperjenza fix-xandir lokali kemm dak radjufoniku u televiżiv. Issieħbet ma' Radju RTK ghall-ewwel darba f'Jannar ta' 1993 bħala co-preżentatriċi ta' programm għaż-żgħażagħ bl-isem ‘Jigmix’ Aqra Iktar » |  Gradwata fil-komunikazzjoni mill-Universita' ta' Malta, issieħbet ma' Radju RTK fl-2003 bħala continuity announcer u aktar tard ħadmet bħala ġurnalista fil-kamra tal-aħbarijiet. Għandha għal qalbha ir-riċerka u tul dawn l-aħħar snin ipproduċiet u ppreżentat diversi programmi kulturali u storiċi, Aqra Iktar » |
 Darren, żagħżugħ li jħobb u jgħix il-mużika. Ilu jippreżenta programmi fuq l-RTK dawn l-aħħar seba’ snin. Ix-xogħol tiegħu tal-media jżommu attiv fuq l-elettronika u għalhekk iħobb iqatta’ ħafna ħin fuq il-kompjuter. Darren huwa żagħżugħ li jħobb u jgħix il-mużika. Aqra Iktar » |  Gradwat mill-Universita ta’ Bath fl-Ingilterra fix-Xjenza Ortikola. Jaħdem bħala Production Manager mal-kumpanija 'Mediterranean Flower Products Ltd' għal numru ta’ snin u ħadem għal diversi kumpaniji kummerċjali ortikoli fl-Ingilterra, fl-Istati Uniti, fl-Olanda u fl-Afrika t’Isfel. Aqra Iktar » |
 Gradwat fl-Ekonomija (1977) u fil-Liġi (1984), diploma fl-istudji kanoniċi dwar iż-żwieġ (1995). Imexxi l-programm 'Għand In-Nutar' kull ġimgħa għal diversi snin. Aqra Iktar » |  Dr John Bonnici Mallia huwa tabib tal-familja, li ukoll huwa nvolut ħafna fl-evanġelizazzjoni
Aqra Iktar » |
 Fr Karm twieled il-Marsa fil-25 ta’ Jannar 1961. Fl-1977 kien involut f’aċċident tal-karrozza li wasslu biex jiltaqa’ mas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u sentejn wara ingħaqad ma din l-ordni. Aqra Iktar » |  Fr Paul twieled fit-13 ta' Settembru 1955 u trabba r-Raħal Ġdid, fejn kien impenjat fl-abbatini u fil-Paola Pageant Group. Studja fis-Seminarju tal-Arċisqof. Fis-26 ta' Ġunju 1977, għadda minn esperjenza li fiha twieled mill-ġdid. Minn dak inhar, l-iskop ta' ħajtu sar li jaqsam din l-esperjenza ta' Gesu' kull fejn ikun, ma' kull min jahdem, u ma' kull min jiltaqa' mieghu. Huwa ilu jservi l-Knisja fil-ministeru saċerdotali mill-1981, fil-parrocci ta' Bormla bhala Viċi, ta' San Gejtanu, l-Hamrun bħala Kappillan u bħalissa jgħin fil-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar u fl-iskejjel bħala Religious Councellor. Aqra Iktar » |
Fr. Philip Cutajar, imwieled Ħaż-Żebbuġ huwa Franġiskan Kapuċċin li fi żmien sentejn oħra jiċċelebra 40 sena saċerdot. Matul il-ħajja tiegħu bħala qassis kellu diversi esperjenzi forshom bħala promotur vokazzjonali resposnabbli għal kandidati għas-saċerdozju. Kellu ukoll l-kariga ta’ superjur lokali, provinċjal u dan l-aħħar tnax’il sena kien missjunarju f’Cuba. Aqra Iktar » | Frans beda jaħdem mal-RTK bħala Continuity Announcer u aktar tard beda jagħti s-sehem tiegħu bħala kontributur. Huwa ukoll jagħmel il-kummentarju tal-quddiesa, u ipproduċa diversi features matul is-sena. Għal xi żmien matul is-sajf kien ukoll jippreżenta il-programm tal-festi. Aqra Iktar » |
 Gabriel Schembri studja il-Komunikazzjoni fl-Universita' ta' Malta u ħadem b'mod partikolari fuq l-użu tas-Social Media u l-ġurnaliżmu 'online'. Huwa ilu nvolut fix-xena ġurnalistika sa minn 18-il sena meta kien jaħdem bħala 'Proof-reader' u 'Web editor'
Aqra Iktar » |  George Cremona huwa lecturer fl-Universita ta' Malta,. Huwa ngħaqad mal-RTK fl-2003 fejn tella’ fost programmi oħra 'Waħda f’Waħda', 'Isma’ din...', 'Ilwien', 'Aperitiv Sajfi' u 'Qabel il-Weekend'. Aqra Iktar » |
 Ivan beda l-karriera tiegħu tal-mużika bħala DJ fl-1992 f’venues tal-ispettaklu. F’1995 ingħaqad mal-RTK. Fil-preżent jippreżenta il-breakfast show kull nhar ta' Hadd filgħodu fuq RTK. Aqra Iktar » |  James Piscopo beda l-karriera tiegħu fil-ġurnaliżmu mat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ RTK fuq bażi part-time f’April 2012, sakemm f’Ottubru tal-istess sena huwa ngħaqad fuq bażi full-time. Fl-istess sena, iggradwa mill-Universita ta’ Malta permezz ta’ baċellerat bl-unuri fl-Istudji Ewropej u fil-politika barranija. Għandu għal qalbu l-Istorja, il-kultura, il-festi u l-futbol, u jsegwi mill-qrib il-politika lokali u dik internazzjonali.
Aqra Iktar » |
 JeanPierre iħobb kull tip ta’ mużika, kemm antika kif ukoll moderna u għandu kollezzjoni vasta ta’ singles, LPs u CD’s. Aqra Iktar » | _75x100_25.jpg) Jeremy beda l-karriera tiegħu fix-xandir lura ghall-1996 ma' Radju Malta 2 u kien qiegħed jippreżenta numru ta’ programmi mużikali fil-weekend fuq Capital Radio tul dawn l-aħħar tmien snin. Aqra Iktar » |
 Joe Farrugia ta l-ewwel kontribut tiegħu fuq l-RTK f’Jannar 1995, għalkemm ilu midħla tax-Xandir mill-1973. Matul dan iż-żmien, huwa għallem fil-Kulleġġ De La Salle għal 17-il sena u ħadem bħala Segretarju Amministrattiv tas-Seminarju għal 20 sena oħra. Erba’ snin ilu nħatar minn Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP bħala d-Delegat tiegħu għal-Lajċi. Aqra Iktar » |  Joseph M. Formosa b’ ħamsa u tletin sena esperjenza fil-qasam finanzjarju u firxa li ħaditu għal għadd ta’ konferenzi kemm f’Malta kif ukoll barra, studja l-banking, finanzi, marketing, management, assigurazzjoni u liġi. Huwa fellowta’ istituti distinti f’dan il-qasam u kiseb esperjenza esperta fil-finanzjamenti tad-djar. Għal dawn l-aħħar snin tella’ l-programm popolari 'Radju Finanzi' fuq l-RTK fejn iħeġġeġ lis-semmiegħa sabiex ikun jafu aktar dwar l-aspetti finanzjarji fil-ħajja ta’ kuljum. Il-programm ġdid tieghu f'din l-iskeda huwa Investi Bil-Għaqal li jixxandar il-Ġimgħa fis-6.05pm Aqra Iktar » |
 Joseph Serracino huwa kittieb prolifiku u għandu għall-qalbu l-istorja , il-mużika u l-isport. Ilu fil-midja tax-Xandir għal dawn l-aħħar 20 sena u matul l-aħħar 16-il sena ippreżenta u ipproduċa diversi programmi storiċi , reliġjużi, soċjali kif ukoll mużikali.
Aqra Iktar » |  Josephine Ebejer Grech twieldet fit-23 ta’ Marzu 1977 u ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta’ Marsaxlokk, fl-iskola sekondarja “Carlo Diacono” taż-Żejtun, fil-kulleġġ Ġan Franġisk Abela u fl-Universita’ ta’ Malta minn fejn gradwat bħala għalliema. Aqra Iktar » |
 Josianne Camilleri hi responsabbli min-Newsroom tal-RTK fir-rwol ta’ News Editor. Hija għandha esperjenza twila fix-xandir, kemm fuq ir-radju kif ukoll it-televizjoni.
Aqra Iktar » | _75x100_25.jpg) Joyce Grech ilha fil-qasam tax-xandir mill-1993. Hija gradwata fil-livell tal-Masters fil-Kommunikazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-ġurnaliżmu mill-Universita’ ta’ Malta. Bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Senior Producer fl-istazzjon televiżiv Education 22. Għal għaxar snin, ipproduċiet numru ta’ spettakli għall-udjenza lokali u internazzjonali. Joyce tat sehemha fit-teatru bħala attriċi, direttriċi u għalliema Aqra Iktar » |
_75x100_25.jpg) Gradwat fit-teoloġija u l-istudji umani, għalliem kif ukoll ġurnalist għal dawn l-aħħar disa’ snin, jifforma parti mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ RTK bħala ġurnalista u xandar. Aqra Iktar » |  Manni Spiteri għandu karriera ta' 'l fuq minn 50 sena marbuta max-xandir bir-radju u t-televiżjoni. Kien il-Kap Esekuttiv ta' l-istazzjonijiet Nazzjonali tar-radju u televiżjoni għal 'l fuq minn 9 snin u kien inħatar l-ewwel Chairman u Direttur tal-kumpanija 'Public Broadcasting Services Ltd’. Aqra Iktar » |
_75x100_25.jpg) Marija-Helga Zammit hija gradwata fil-kommunikazzjoni mill-Unviersita’ ta’ Malta, bdiet il-karriera ġurnalistika tagħha ma 'Campus FM'. Kif iggradwat għamlet żmien ta’ taħriġ mal-'British Broadcasting Corporation Manchester', l-Ingilterra. Lura Malta ħadmet 5 snin ma’ '89.7 Bay'. ..... Aqra Iktar » |  Il-MEUSAC hija entità tal-gvern responsabbli mill-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar proposti ta’ leġiżlazzjoni u politiki tal-Unjoni Ewropea (UE), għajnuna lill-kunsilli lokali u NGOs biex jiksbu fondi tal-UE u t-tixrid tal-informazzjoni lill-pubbliku permezz tal-mezzi tax-xandir u kampanji t’informazzjoni.
Aqra Iktar » |
 Mons Anton Gouder twieled f'Isla nhar is-16 ta' Novembru 1951. Kien edukat fil-Liceo l-Ħamrun, Junior College u l-Universita ta' Malta u ordnat qassis fid-19 ta' Ġunju 1977. Bħalissa Mons Gouder jokkupa l-kariga ta' Pro-Vigarju Ġenerali. Il-passatempi tiegħu huma riċerka fuq suġġetti reliġjużi u soċjali. Aqra Iktar » |  Għalliema tal-mużika fl-iskola 'St Joseph' fejn ilha dawn l-aħħar ħmistax il-sena. Nathalie għandha l-L.R.S.M fid-daqq tal-pjanu u tħobb ukoll iddoqq il-kitarra. Aqra Iktar » |
 Noel Busuttil, miżżewweg u għandu żewgt’ itfal, dilettant tat-tiġrijiet tal-karrozzi tal-Formula 1 u sport ieħor relatat, kemm tal futbol lokali u anke barrani u anke tal-logħba tal Billiard. Beda l-karriera tiegħu bħala prezentatur fuq ir-radju ma' diversi stazzjonijiet ftit tas-snin ilu. Noel B jippreżenta il-programm 'Suċċessi u Aktar' fuq Radju RTK fl-edizzjoni ta' nhar ta' Tlieta wara nofs in nhar. Aqra Iktar » |  L-imħabba li Pierre għandu għal mużika bdiet fl-eta żgħira ta’ tlett snin meta bħala rigal tal-Milied, il-ġenituri tawh pjanu tal-logħob. Fl-eta ta’ sittax il-sena, Pierre beda jippreżenta programmi fuq ir-radju u pprezenta fuq diversi stazzjonijiet tar-radju f’Malta. L-esperjenza li għandu fil-clubbing hija wiesgha ukoll. Għal dawn l-aħħar 13-il sena huwa kien id-deejay residenti mal-G7 events li jorganizzaw l-ikbar avvenimenti f’Malta. Aqra Iktar » |
 Pio Dalli ilu midhla tax-xena mużikali klassika, operistika u korali għal bosta snin. Barra li għamel żmien twil fil-Kor ta' San Ġiljanm li tiegħu hu membru fundatur, huwa kanta f'diversi korijiet oħrajn. Huwa wkoll kantant solista u kanta f'diversi knejjes u teatri kemm Malta kif ukoll barra minn Malta. Hawn Malta huwa kanta ma' diversi baned f'diversi bliet u rħula f'Malta u Għawdex. Illum il-ġurnata huwa d-direttur tas-St Julian's Choral Group.
Aqra Iktar » |  Il-Professur Manwel Mifsud jgħallem il-lingwistika Maltija fl-Università ta’ Malta. Kien Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università u hu d-Direttur ta’ diversi korsijiet offruti mill-istess Dipartiment. Prof. Mifsud huwa wkoll awtur ta’ diversi testi ta’ għanjiet bil-Malti. Huwa wkoll promotur ewlieni tal-Għanja tal-Poplu. Ikkontribwixxa għal diversi ġurnali akkademiċi u jmexxi l-Kunsill Nazzjonali tal-Malti li, fost ħwejjeġ oħra, jirregola t-tiġdid tal-ilsien Malti Aqra Iktar » |
Jgħix fuq il-gżira t’Għawdex Ray iħobb kull tip ta’ mużika minn dik heavy jew hard rock. Beda x-xandir mal-kommunita 15-il sena ilu u ngħaqad mal-RTK fl-1999. Ifaddal il-vinyls u cds iżda jippreferi diski oriġinali aktar minn cover versions. Aqra Iktar » |  Fr John Avellino huwa ġurnalista u lecturer fid-Dipartiment tal-Filosofija, fl-Università ta’ Malta. Ilu jagħti s-sehem tiegħu fil-Media Centre tal-Knisja f’Malta għal aktar minn 20 sena, l-ewwel fil-gazzetta ta’ kull ġimgħa IL-ĠENS u aktar tard f’Radju RTK ukoll. Kien ukoll l-Editur tal-gazzetta IL-GENSillum online. Fil-preżent jokkupa l-kariga ta' Ċermen ta' Radju RTK Aqra Iktar » |
_75x100_25.jpg) Sonia bdiet il-karriera tagħha fix-xandir mal-RTK billi kienet waħda mill-ewwel continuity announcers mar-radju. Hija taħdem full-time bħala Producer/Administrative Assistant fit-Taqsima tal-Programmi ta RTK. Aqra Iktar » | Thomas Pace hu d-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Ilu attiv fil-qasam tal-Malti minn meta kien student universitarju, permezz tal-għaqdiet u l-kontribut tiegħu f'bordijiet edukattivi, seminars, pubblikazzjonijiet, proġetti, siti elettroniċi u blogs tal-Malti
Aqra Iktar » |
 Ġurnalist u xandar, Tonio beda l-karriera tiegħu fil-media fl-1975 fuq ix-xandir pubbliku. Fl-1988 ingħaqad mal-Media Centre. Huwa studja l-management l-Universita’ ta’ Malta u ħa taħrig fil-BBC. Fis-snin 90 kien fost tal-ewwel ġurnalisti tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-RTK u laħaq Kap tal-Programmi fl-1994. Fis-sena 2006 ingħata l-premju Mons Mikiel Azzopardi Aqra Iktar » |  Isem Tony Cassar Darien huwa sinonimu mat-teatru Manoel li tiegħu kien l-ewwel direttur artistiku għal bosta snin fejn ħoloq programmi bħal PoezijaPlus, Windows-on-Music, LoggaPalk u Theatre-Talk. Fil-qasam tax-xandir beda bħala child-actor taħt il-ħarsien ta' Fr H Born, l-ex Kap tal-Programmi fi żmien ir-Rediffusion. Kiteb, ipproduċa dderieġa u ppreżenta numru kbir ta' radjudrammi u programmi kulturali kemm għar-radju u t-televiżjoni
Aqra Iktar » |
 Vanessa Macdonald spent 18 years working as a journalist in Malta, most of them at editorial level at The Times. She is also a freelance writer for various magazines. She is currently the Head of Media and Community Relations at Bank of Valletta. Aqra Iktar » |  Walter Sultana ilu jikkontribwixi fil-qasam ġurnalistiku u tal-ġrajjiet kurenti għall-istazzjon RTK u Media Centre għal dawn l-aħħar ħames snin. Ix-xogħol ewlieni tiegħu huwa bħala Prinċipal mas-servizz pubbliku. Iggradwa b'Masters fil-Komunikazzjoni, u fl-istudji tiegħu segwa diversi setturi differenti tal-komunikazzjoni fosthom il-mezzi stampati u dak tal-internet. Aqra Iktar » |