Widget 103 FM

ĦSIBIJIET MAL-MELODIJA hu programm li jiġbor il-ħsibijiet pożittivi u Fr Karm Debattista mssp jikkummenta fuqhom u jdoqq għanjiet li jkunu relatati ma' dawn il-ħsibijiet. Hu programm li jsir lejn it-tmiem tal-ġurnata (kull nhar ta' Tnejn, l- Erbgħa u l-Ġimgħa fis-7.35pm) fejn wieħed jista' jispiċċa l-jum bi ħsieb pożittiv ma' melodiji b'messaġġ.

  Aqra Iktar »

F'MIN QED TAĦSEB? I-kwizz Show tal-Ħadd filgħodu għall-familja kollha. Matulu s-semmiegħa ta' RTK huma mistiedna jaqtgħu min huma l-personalitajiet (internazzjonali u Maltin) magħżula. Il-programm apparti li jrebbaħ bosta rigali sbieħ, jaqsam mas-semmiegħa ukoll bosta fatti kurrenti kurjużi. Matul il-programm is-semmiegħa mistiedna jagħżlu l-kanzunetti li jixtiequ jisimgħu. Garanzija li b'dawn l-ingredjenti kollha nibdew il-Ħadd filgħodu flimkien b'mod leġġer u pjaċevoli bejn l-10am u nofsinhar. Jippreżenta George Cremona

 

  Aqra Iktar »
Hello Maks!

HELLO MAKS huwa l-programm mimli fantasija immirat gat-tfal iż-żgħar. Il-programmi huma avventuri fejn jistimulaw l-immaġinazzjoni biex teħodna f’art fejn se niltaqgħu mal-prinċipessa Melody u l-kreatura Maks F’din l-art se nsibu fjuri jkantaw u friefet jitkellmu. Il-mużika u l-istejjer jiddominaw dawn il-programmi. “Hello Maks” jixxandar fuq Radju RTK kull nhar ta’ Ħadd fid-9.15am

  Aqra Iktar »
Pierre & Co. on RTK103FM

Breakfast Show li jwassal l-aqwa melodiji tal-mument kif ukoll tas-snin 70, 80 u 90. Matul il-programm jiġu ukoll mistiedna nies differenti minn oqsma varji tas-soċjeta' li jitkellmu mas-semmiegħa ta' Radju RTK. Fil-programm ukol, bejn diska u oħra, il-preżentatur Pierre Cordina jagħti ukoll ħarsa lejnil-ġurnali lokali. Il-programm jinkludi ukoll kompetizzjoni kull xahar.

  Aqra Iktar »

Fil-programm PINNA MUŻIKALI Andrew Zammit ilaqqgħana ma' diversi kantanti u kompożituri Maltin u Għawdxin. Il-programm jixxandar kull nhar ta' Ħamis fil-12.15pm.

  Aqra Iktar »

Isma' Rumanz bil-Malti:-  Jekk tħobb taqra rumanzi bil-Malti mela titlifx ir-rumanz bil-Malti li kull ġimgħa jaqra Manni Spiteri, attur u xandar b’leħen stabbilit u bil-ħila li jagħti l-ħajja lill-azzjonijiet u d-djalogu fil-kitba Maltija. Intefa’ fuq is-sufan, kikkra te’ jew kafe’u tpaxxa bil-letteratura Maltija. Jixxandar l-Erbgħa fit-3.05am b'ripetizzjoni l-Erbgħa fl-10.30pm

  Aqra Iktar »

RIBALTA Programm ta’ mużika operistika u klassika ippreżentata minn Pio Dalli. Jixxandar kull nhar ta' Ħadd fis-7.25pm
 

  Aqra Iktar »

Jeremy Portelli jippreżenta l-programm SATURDAY DRIVE kull nhar ta’ Sibt bejn it-3.30 u s-7 ta’ filgħaxija, b’għażla ta’ muzika li tinkludi wkoll il-‘Classics’ tas-snin 60 u 70, is-suċċessi tas-snin 80 u 90, u l-aktar diski popolari tal-llum.

  Aqra Iktar »

Il-programm jinkludi diski li għamlu suċċess fil-klassifiċi Ingliżi, Amerikani u Taljani. Mill-istudjos tal-RTK f'Għawdex jippreżenta Ray Said

  Aqra Iktar »
Suċċessi u Aktar

SUĊĊESSI U AKTAR huwa programmi ta' mużika varjata għal-gosti tas-semmiegħa ta' Radju RTK. L-edizzjoni tat-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa issir minn Arthur Garrett,  filwaqt li Noel B jipprezenta l-edizzjoni ta' nhar ta' Tlieta

  Aqra Iktar »

Il-programm SUNDAY DRIVE iwiegħed lis-semmiegħa li jipprovdi erba’ siegħat ta’ mużika mill-aqwa minn kull żmien u ta’ kull ġeneru għall-gosti tal-familja kollha. Il-programm miftuħ ghad-dediki tas-semmiegħa kif ukoll biex kulħadd jgħati l-opportunita biex kulħadd jisma’ dak li jixtieq.

  Aqra Iktar »

Taħlix ħin aktar! Malli tqum tbissem u imxi mal-arloġġ bil-ħoss tal-mużika riċenti u bl-aħħar aħbarijiet eċitanti inkluż aħbarijiet sportivi, it-temp u dak kollu li jinteressak biex tiġri tinħasel, tilbes, tieħu l-breakfast u tisma' l-aktar mużika favorita tiegħek. Is-Sibt tkunu fil-kumpanija ta' Darren Gatt, filwaqt li Ivan Zammit jippreżenta l-edizzjoni tal-Ħadd

  Aqra Iktar »
Ahbarijiet 18/06/2013 1200Preview
Edukazzjoni 18/06/2013Preview
Qrib L Ohrajn 18/06/2013Preview
Nutrisionist 18/06/2013Preview
Wellbeing 18/06/2013Preview
 
End of page