Widget 103 FM

Ahbarijiet u Grajjiet Kurrenti

Wara dak kollu li nkunu smajna fil-midja, nisimgħu IL-QANPIENA L-OĦRA minn ħalq il-protagonisti. F’45 minuta, kull min, xi darba jew oħra, qajjem argument, ħoloq kontroversja jew spiċċa vittma ta’ inġustizzja, jingħata l-ispazju jgħid il-verżjoni tiegħu tal-fatti. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Tlieta wara l-aħbarijiet tal-5pm. Preżentazzjoni u Produzzjoni: Vanessa MacDonald u Gabriel Schembri.
 

  Aqra Iktar »

JAQBLU...MA JAQBLUX! kull nhar ta Tnejn bejn il-5:15pm u s-7pm. Dan il-programm ta diskussjoni jitratta temi mill-gazzetti tal-Ħadd, u jitmexxa minn Karl Wright.
It-temi huma magħżula minn Dun Anton Gouder u Tony Cassar Darien, li ta kull ġimgħa jkunu fl-istudios ta Radju RTK biex flimkien mas-semmiegħa jieħdu sehem f diskussjoni interessanti. Jippreżenta: Karl Wright

  Aqra Iktar »

Il-kamra tal-aħbarijiet tal-RTK hi magħrufa f’Malta bħala waħda kredibbli u oġġettiva fl-aħbarijiet li twassal f’bilanċ serju u aġġornat fit-twassil tal-verita. Kull aħbar titwassal fid-dettal meħtieġ biex tingħata l-istampa kollha u mingħajr tlaqliq jew xenxilli mill-aktar fis possibli. Mal-aħbarijiet fuq l-RTK jittellgħu għadd ta’ servizzi oħra li jkomplu jsaħħu lill-istazzjon bħala wieħed ta’ min jorbot fuqu biex is-semmiegħ jifforma opinjoni matura.

  Aqra Iktar »

Charles Xuereb jistieden lis-semmiegħa ta RTK biex jgħaqqdu il-fehmiet tagħhom ma' dawk tal-mistiednin fl-istudjo biex tinħoloq diskussjoni dwar suggetti jaħarqu bhal m'hi per ezempju l-immigrazzjoni illegali, is-saħħa u s-sigurta u l-politika fost oħrajn. Is-semmiegħa jkunu mistiedna biex kull nhar ta' Ħamis fil-5.15pm iċemplu jew jibgħatu SMS dwar is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.

 

  Aqra Iktar »

Programm li jixxandar live kull nhar ta’ Sibt bejn l-10:05 u 1200. Waqt NEWSBOOK nidħlu fil-fond ta’ wħud mill-aħbarijiet li jkunu jiddominaw matul dik il-ġimgħa. Nistiednu il-protagonisti tal-aħbar fl-istudio biex jgħidu tagħhom. Is-semmiegħa jieħdu sehem fid-diskussjoni wkoll bit-telefonati, l-sms’s u messaġġi fuq Facebook/Newsbook. Preżentazzjoni: Josianne Camilleri
 

  Aqra Iktar »

X'HEMM ĠDID? huwa programm ġdid ta’ ġrajjiet kurrenti, li fih jiġi diskuss is-suġġett li jkun iddomina l-aħbarijiet fil-jiem ta’ qabel. Is-semmiegħa jingħataw l-ispazju biex matul il-programm jipparteċipaw fid-diskussjoni flimkien mal-mistieden ewlieni u l-ġurnalist mit-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ RTK, James Piscopo. Kif jixhed l-isem tal-programm, inħarsu madwarna u nevalwaw x’kien hemm ġdid jew x’se jkun hemm ġdid fil-jiem li ġejjin. Produzzjoni u Preżentazzjoni ta’ James Piscopo. Jixxandar kull nhar ta' Tlieta fis-6.05pm
 

  Aqra Iktar »
X Hemm Gdid 18/06/2013Preview
Newsbook 15/06/2013Preview
L-Argument Matul il-Gimgha 13/06/2013 - Is-sajf - turisti, bahar, ambjent Preview
Sehemna fl-Ewropa 12/06/2013 - Taqsima tal-Fondi tal-UEPreview
X'Hemm Gdid 11/06/2013 - Il-Kelliem al-Partit Nazzjonalista ghall-Intern Jason AzzopardiPreview
 
End of page