Charles Xuereb jistieden lis-semmiegħa ta RTK biex jgħaqqdu il-fehmiet tagħhom ma' dawk tal-mistiednin fl-istudjo biex tinħoloq diskussjoni dwar suggetti jaħarqu bhal m'hi per ezempju l-immigrazzjoni illegali, is-saħħa u s-sigurta u l-politika fost oħrajn. Is-semmiegħa jkunu mistiedna biex kull nhar ta' Ħamis fil-5.15pm iċemplu jew jibgħatu SMS dwar is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.
Charles Xuereb ilu midħla tax-xandir għal dawn l-aħħar 40 sena li matulhom ippreżenta u pproduċa għadd ta’ sensiliet televiżivi u radjufoniċi l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni, kultura u storja barra quizzes.