Widget 103 FM

Jaqblu...Ma Jaqblux

JAQBLU...MA JAQBLUX!  huwa programm imxandar fuq radju RTK, kull nhar ta’ Tnejn bejn il-5:15pm u s-7pm. Dan il-programm ta diskussjoni jitratta temi mill-gazzetti tal-Ħadd, u jitmexxa minn Karl Wright. It-temi huma magħżula minn Dun Anton Gouder u Tony Cassar Darien, li ta kull ġimgħa jkunu fl-istudios ta’ Radju RTK biex flimkien mas-semmiegħa jieħdu sehem f’diskussjoni interessanti. Dawn iż-żewġ personalitajiet ħafna darbi ma jaqblux, iżda għalkemm ma jaqblux kapaċi jiddiskutu d-differenzi u jaqblu li ma jaqblux! Ikun hemm ukoll il-kontribut tad-diversi ġurnalisti li jkunu kitbu l-artilki li jkunu qed jigu diskussi. Permezz tat-telefon is-semmiegħa jistgħu jipparteċipaw ukoll u jgħidu tagħhom dwar is-suġġett. Jippreżenta: Karl Wright




Latest On Demand - Preview   -   English Version
Mons  Anton Gouder

Mons Anton Gouder twieled f'Isla nhar is-16 ta' Novembru 1951.  Kien edukat fil-Liceo l-Ħamrun, Junior College u l-Universita ta' Malta u ordnat qassis fid-19 ta' Ġunju 1977. Bħalissa Mons Gouder jokkupa l-kariga ta' Pro-Vigarju Ġenerali. Il-passatempi tiegħu huma riċerka fuq suġġetti reliġjużi u soċjali.

Tony Cassar Darien

Isem Tony Cassar Darien huwa sinonimu mat-teatru Manoel li tiegħu kien l-ewwel direttur artistiku għal bosta snin fejn ħoloq programmi bħal PoezijaPlus, Windows-on-Music, LoggaPalk u Theatre-Talk. Fil-qasam tax-xandir beda bħala child-actor taħt il-ħarsien ta' Fr H Born, l-ex Kap tal-Programmi fi żmien ir-Rediffusion. Kiteb, ipproduċa dderieġa u ppreżenta numru kbir ta' radjudrammi u programmi kulturali kemm għar-radju u t-televiżjoni



 

Karl Wright

Gradwat fit-teoloġija u l-istudji umani, għalliem kif ukoll ġurnalist għal dawn l-aħħar disa’ snin, jifforma parti mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ RTK bħala ġurnalista u xandar.

Jaqblu ma Jaqblux 20/05/2013 - Eurovision / Zwieg / AbortPreview
Jaqblu ma Jaqblux 13/05/2013 - Stick No Bills / Il-Klassi tar-Religjon / Jobs+Preview
Jaqblu ma Jaqblux 06/05/2013 - L-istudenti Maltin / Il-gustizzja / L-idea ta' neighbourhood watchPreview
Jaqblu ma Jaqblux 29/04/2013 - Id-Dehra tal-Persuni / Il-Qaghda tac-cinemas f'Malta Preview
Jaqblu ma Jaqblux 22/04/2013 - It-tahlit tas-subien mal-bniet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat / Il-Vjolenza fir-relazzjonijiet / Is-separazzjoni bejn il-genituri u l-uliedPreview
End of page