Widget 103 FM

Informazzjoni u Edukazzjoni

FATTI - il-programm li matulu nirriċerkaw, ngħarblu u niddiskutu avvenimenti li seħħew f'Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna matul dawn l-aħħar 50 sena li għaddew. X'impatt ħallew fis-soċjeta tagħna illum, deċiżjonijiet u ġrajjiet li seħħew madwarna? Fl-istudio panel ta' storiċi, politiċi u opinjonisti jiddiskutu flimkien mas-semmiegħa li jiftakru u li esperjenzaw dawn il-fatti. Jixxandar kull nhar ta' Erbgha fil-5.15pm. Tipprezenta: Cynthia Zerafa

  Aqra Iktar »

FRAK MILL-ISTORJA hi sensiela ta’ programmi dwar l-Istorja ta’ Malta, produzzjoni ta’ Joseph Serracino. Sensiela tibda b’tagħrif dwar il-Preistorja tal-gżejjer tagħna u tkompli bil-ġrajjiet li għaddew missirijietna tul iż-żmien taħt ħakmiet differenti mill-Fenici sa l-Ingliżi. Din hi sensiela mexxejja ħafna fejn it-tagħrif storiku dwar il-gżejjer Maltin hu meħud minn diversi kotba storiċi. Bla dubju, din is-sensiela għandha tingħoġob minn dawk li għandhom għall-qalbhom l-istorja ta’ pajjiżna. Jixxandar il-Ħadd fis-1.05pm.
 

  Aqra Iktar »

INTIETEF huwa programm ta' biċċiet qosra ta' informazzjoni li jistgħu jinteressaw lis-semmiegħa. L-edizzjoni ta' nhar ta' Tnejn fit-3.05pm għandha produzzjoni u preżentazzjoni ta' Sonia Young li titratta aspetti differenti tal-ambjent u l-annimali. Cynthia Zerafa tipproduċi u tippreżenta l-edizzjoni ta' nhar ta' Ġimgħa fit-3.05pm u twassal intietef storiċi u ta' interess ġenerali.

  Aqra Iktar »

Fuq Radju RTK iż-żgħażagħ għandhom posthom b’mod speċjali. F’dan is-servizz iż-żgħażagħ jitkellmu u flimkien ma’ counsellor jew nies esperti fl-oqsma varji se jiddiskutu dak li ħafna drabi jispiċċa bħala suġġett kontroversjali. Eżempju ta’ dan huma topics bħal Teenage Pregnancy, is-Sesswalita’, Il-Body Piercing, il-moda u kif din tinfluwenzana, id-dixxiplina u r-rispett lejn l-Awtorita’, il-flus u l-valur tagħhom, il-ħinijiet tal-ħruġ, Paceville, il-Peer Pressure u l-ħbieb. Il-Ħamis fit-3.30pm sal-5.00pm. Jippreżentaw Nathalie Camilleri u Fr Karm Debattista.

  Aqra Iktar »

Radju RTK jagħti spazju għal kultura permezz tas-servizzi KASKATA KULTURALI kull nhar ta' Tlieta u l-Ħamis fit-3.05pm, b’ripetizzjoni fl-istess ġurnata fl-10.25pm. F’dawn is-servizzi Joyce Grech tlaqqagħna ma’ diversi artisti u żżomm lis-semmiegħa aġġornati b’wirjiet u avvenimenti kulturali. Jekk tixtieq tippromovi l-attivita’ tiegħek ikteb fl-indirizz elettroniku joyce_grech@yahoo.co.uk.

  Aqra Iktar »

Il-pubblikazzjoni ta' kotba lokali ma tonqosx. Il-qari minkejja l-isfidi li qed jiffaċċja jibqa' wieħed mill-passatempi l-aktar favoriti. Tonio Bonello jwassal tagħrif interessanti lis-semmiegħa dwar kotba ġodda fis-suq li jinkludi ukoll intervisti ma' diversi awturi.. Jixxandar il-Ħadd fil-12.15pm b'ripetizzjoni is-Sibt fid-9.15pm.

  Aqra Iktar »

Il-programm PROFILI jagħti ħarsa lejn diversi personalitajiet magħrufa u mhux, li l-esperjenza tagħhom għandha xi ħaġa x'toffri lis-semmiegħa ta' Radju RTK. Jixxandar nhar ta' Tnejn fil-12.15pm

  Aqra Iktar »

SEĦER IL-MALTI  ta' kull ġimgħa jaqbad tema partikolari marbuta mal-lingwa Maltija u jiddiskutiha fil-qosor. Il-programm ikun imżewwaq bil-mużika Maltija, bi spjegazzjoni ta' punt ortografiku, bil-kompetizzjoni u bl-avviżi, kif ukoll bl-interventi diretti tas-semmiegħa. Minn żmien għal żmien fil-programm ikunu mistiedna nies differenti b'rabta mal-Malti.Tistgħu tagħmlu kuntatt mal-preżentaturi permezz tal-indirizz elettroniku malti@rtk.org.mt.

  


 

  Aqra Iktar »
Ekologija 23/05/2013 - Stephen Young - specjalizzat fl-Iggudikar tal-Klieb tar-razza - Pet TherapyPreview
Jghidu Taghhom iz-Zghazagh 23/05/2013 - Il-biza' taz-zghazaghPreview
Qrib L-Ohrajn 21/05/2013 - Transplant Support GroupPreview
Stilista 20/05/2013 - L-Istilista tax-Xaghar Mark NavarroPreview
Profili 20/05/2013 - Brother Edward GaleaPreview
 
End of page