Fuq Radju RTK iż-żgħażagħ għandhom posthom b’mod speċjali. F’dan is-servizz iż-żgħażagħ se jitkellmu u flimkien ma’ counsellor jew nies esperti fl-oqsma varji se jiddiskutu dak li ħafna drabi jispiċċa bħala suġġett kontroversjali. Eżempju ta’ dan huma topics bħal Teenage Pregnancy, is-Sesswalita’, Il-Body Piercing, il-moda u kif din tinfluwenzana, id-dixxiplina u r-rispett lejn l-Awtorita’, il-flus u l-valur tagħhom, il-ħinijiet tal-ħruġ, Paceville, il-Peer Pressure u l-ħbieb. il-Ħamis bejn it-3.30pm u l-5.00pm. Jippreżentaw Nathalie Camilleri u Fr Karm Debattista.
Għalliema tal-mużika fl-iskola 'St Joseph' fejn ilha dawn l-aħħar ħmistax il-sena. Nathalie għandha l-L.R.S.M fid-daqq tal-pjanu u tħobb ukoll iddoqq il-kitarra.
Fr Karm twieled il-Marsa fil-25 ta’ Jannar 1961. Fl-1977 kien involut f’aċċident tal-karrozza li wasslu biex jiltaqa’ mas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u sentejn wara ingħaqad ma din l-ordni.