Is-semmiegħa għandhom kull opportunita’ jistaqsu mistoqsijiet pertinenti u jistennew tweġiba minn ras-il-għajn bir-rispett li jistħoqq lil kapijiet, ministri jew nies li jokkupaw postijiet ta’ awtorita’ u responsabbilta’. Kull ġimgħa s-suġġetti jvarjaw minn edukazzjoni, pulizija, licenzji tal-karozzi, toroq u kull ħaġa. U servizz ieħor li l-Maltin u l-Għawdxin jixirqilhom bħala ċittadini Ewropej. Darba fix-xahar il-mistieden ikun l-Isqof Mario Grech, waqt li darba kull xahrejn ikollna lil Arċisqof Pawlu Cremona. Jippreżenta Tonio Bonello, Manager – Programmes ta’ Radju RTK.
Aqra Iktar »