Widget 103 FM

Soppa tal-Asparagu

Ingredjenti:

 
- 400g asparagu
- 200g kurrat
- 50g marġerina
- 50g dqiq
- Litru stokk tat-tiġieġ
- 120ml krema friska
- Bżar mitħun frisk u melħ
 
 
Metodu:
 
1.    Qaxxar il-kurrat u qattgħu f’biċċiet żgħar.
 
2.    Dewweb il-marġerina f’kazzola u qalli l-kurrat.  Waqt it-tisjir, ħawwad il-ħin kollu għaliex il-kurrat irid jibqa’ abjad.  Neħħih minn fuq in-nar.
 
3.    Aqta’ l-partijiet ta’ fuq tal-asparagu u poġġihom ġo skutella.  Qatta’ z-zkuk tal-asparagu f’biċċiet żgħar.
 
4.    Erġa’ qiegħed il-kazzola fuq in-nar, żid il-biċċiet taz-zkuk tal-asparagu u qallihom.  Ħawwad il-ħin kollu.  Żid id-dqiq u ħawwad tajjeb.
 
5.    Żid l-istokk ftit, ftit.  Ibqa’ ħawwad il-ħin kollu.  Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 25 minuta.
 
6.    Imla kazzola bl-ilma u poġġiha fuq in-nar.  Meta l-ilma jiftaħ jagħli, itfa’ ftit melħ u sajjar għal ftit minuti l-biċċiet tal-asparagu li poġġejt fl-iskutella.  Neħħihom mill-misħun, qattarhom tajjeb u ħallihom fil-passatur.
 
7.    Itħan tajjeb is-soppa b’blendertal-elettriku,.  Żid il-krema friska u erġa’ ħawwad.  M’hemmx għalfejn terġa’ tuża l-blender.  Roxx ftit bżar mitħun frisk u melħ.
 
8.    Ferrex il-biċċiet tal-asparagu li tkun għallejt fil-wiċċ tas-soppa u serviha sħuna.
 
 
 
 
 
English Version
Soppa tal-Asparagu
End of page