Widget 103 FM

Soppa tal-Qarabagħli

Ingredjenti:

 
- Kilo qarabagħli
- 300g kurrat
- 200g bejken
- 60g marġerina
- 40g dqiq
- Litru stokk tat-tiġieġ jew taċ-ċanga
- Bott krema friska
- Bżar mitħun frisk u melħ
 
 
Metodu:
 
1.    Qaxxar il-kurrat u qattgħu f’biċċiet żgħar.
 
2.    Ġo kazzola saħħan ftit marġerina u qalli l-kurrat.  Ħawwad il-ħin kollu biex il-kurrat ma jiskurax għax irid jibqa’ bajdani.
 
3.    Żid il-bejken u kompli qalli filwaqt li tkompli tħawwad.
 
4.    Aħsel il-qarabagħli, qattgħu u żidu mal-kurrat u l-bejken.  Kompli sajjar għal ftit ħin.
 
5.    Żid id-dqiq u roxx ftit bżar u melħ.  Importanti li tibqa’ tħawwad il-ħin kollu.
 
6.    Żid l-istokk ftit, ftit.  Meta tkun żidtu kollu, ħalli s-soppa fuq in-nar sakemm tiftaħ tagħli.
 
7.    Baxxi n-nar u kompli sajjar għal 50 minuta.
 
8.    Itħan is-soppa b’blendertal-elettriku.  Żidilha l-krema u serviha sħuna.
 
9.    Jekk trid tista’ sservi l-ġobon maħkuk ma’ din is-soppa.
 
 
 
 
English Version
Soppa tal-Qarabagħli
End of page