Widget 103 FM

Soppa Krema Tal-Faqqiegħ

Ingredjenti:

- 300g faqqiegħ
- 1.5 litru stock abjad
- 50g margarine
- 50g dqiq
- Bżar u melħ
- Krema friska

Metodu:

1. Aħsel sewwa l-faqqiegħ. Qatta l-faqqiegħ f’biċċiet u żomm xi ftit żgħar biex iżżejen bihom.

2. Ġo kazzola dewweb il-margarine u fuq nar moderat għalli l-faqqiegħ għal ftit minuti.

3. Żid id-dqiq u kompli sajjar filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.

4. Ftit, ftit ibda żid l-istock li jrid ikun jaħraq. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar 50 minuta. Trid tħawwad ta’ spiss.

5. Għaddi din is-soppa minn liquidiser jew blender.

6. Għalli għal ftit minuti dawk il-faqqiegħ iż-żgħar li tkun ħallejt. Poġġi dawn fl-iskutella tas-soppa.

7. Żid ftit krema friska. Żid il-melħ u l-bżar skond il-gosti tiegħek.


NOTA: Din is-soppa tissejjaħ CREAM OF…….. għaliex taqgħad permezz tal-margarine u d-dqiq u wara tiżdied il-krema friska.

English Version
Soppa Krema Tal-Faqqiegħ
End of page