1.Għarbel id-dqiq ġo skutella kbira. Żid il-melħ, iz-zokkor u l-ħmira u ħallat tajjeb.
2.Żid iż-żejt u l-ilma fietel mat-taħlita. Qis li l-ilma la jkun jaħraq u lanqas kiesaħ għax l-għaġina ma togħliex.
3.Agħġen sew sakemm l-għaġina tiġi lixxa. Ifforma l-għaġina forma ta’ ballun. Erġa poġġiha ġol-iskutella, għattiha b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun għal madwar sagħtejn jew sakemm tara li l-għaġina għoliet id-dopju fid-daqs.
4.Ferrex ftit dqiq fuq il-mejda fejn tkun se taħdem l-għaġina. Ħaddem b’idejk u erġa poġġi l-għaġina fl-iskutella sakemm terġa togħla. Erġa’ għattiha b’ ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun.
5.Din id-darba tieħu anqas biex terġa togħla.
6.Jekk se tiffriża l-għaġina, poġġiha ġo borża tal-plastik, issikkaha ‘l isfel u ffriżaha għal mhux aktar minn tliet xhur.