Widget 103 FM

Pizza bil-Gambli u Tonn taż-Żejt

Ingredjenti:

 
- 220g għaġina tal-pizza
- 160g gambli mmqaxxrin
- 120g salamun iffumiġat
- Zalza tat-tadam
- Landa żgħira tonn taż-żejt
- Weraq tal-aruka jew nagħniegħ
- Mozzarella
 
Metodu: 
 
1.       Ixgħel il-forn 200C, gass numru 6.
2.       Idlek l-għaġina miftuħa fit-tond biz-zalza tat-tadam u ferrex mozzarella mqattgħa f’biċċiet żgħar fuqha.
3.       Aħmi fil-forn għal madwar 20-30 minuta jew sakemm tara lil-pizza ħadet kulur dehbi.
4.       Qiegħed il-gambli, s-salamun u t-tonn taż-żejt fil-wiċċ tal-pizza lesta.
5.       Servi mżejna bi ftit weraq tal-aruka jew nagħniegħ.
 
 
English Version
End of page