Pinen bl-Ispinaċi u l-Irkotta
Ingredjenti:
· 500gr pinen
· 250gr spinaċi
· 300gr irkotta
· 50gr ġobon maħkuk jew ġbejniet maħkuka
· 150ml ħalib
Metodu:
1. Sajjar l-ispinaċi u ħalliha tiksaħ
2. Wara qattgħha biċċiet b‘ sikkina.
3. Sajjar l-għaġin.
4. Ġo food processor ħaddem flimkien l-irkotta, il-ħalib, u l-ġobon maħkuk.
5. Saffi l-għaġin u itfagħlu tazza jew kikkra ilma kiesaħ
6. Ħallat l-ingredjenti flimkien mal-għaġin.
7. Servi porzjonijiet tal-għaġin fuq kull platt
8. Żejjen bi ftit ieħor ġobon maħkuk jew ġbejniet maħkuka.
English Version | |