(Għal 4 persuni)
Ingredjenti:
- 4.8 litri ilma
- 1-2 mgħaref melħ
- 450g spaghetti
- 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa ‘extra vergine’
- 200g panċetta jew bejken ‘streaky’ iffumiġat imqatta’ strixxi wesgħin 1ċm
- ½ kuċċarina bżar u melħ
- 3-4 bajdiet organiċi mħabbtin ħafif
- 2 mgħaref ‘crème frâiche’
- 2 mgħaref tursin imqatta’ rqiq
- 90g ġobon Parmiġġjan maħkuk
- Tursin frisk imqatta’
Metodu:
Sajjar l-għaġin fil-misħun jagħli bil-melħ u saffiħ sewwa.
Saħħan iż-żejt f’taġen kbir fuq nar moderat. Żid il-bejken jew panċetta u sajjar għal 5-6 minuti filwaqt li tħawwad sikwit, sakemm il-bejken jieħu l-kulur u jiġi ftit iqarmeċ. Żid il-bżar u sajjar għal minuta oħra.
Ħallat l-ispagetti mal-bejken sakemm jisħon.
Ħawwad flimkien il-bajd, il-‘crème frâiche’ u t-tursin u żidhom mal-ispagetti. Neħħi minn fuq in-nar u ħawwad l-ħin kollu għal minuta biex il-bajd isir bis-sħana tal-ispagetti. Issa żid tliet kwarti tal-ġobon maħkuk.
Qassam l-għagin fil-platti u ferrex fuqu l-ġobon li fadal u t-tursin. English Version |