Ingredjenti:
- Għaġin qasir
- Ġobon feta, mqatta f’biċċiet kwadri
- Tadam tip cherry
- Żebbuġ iswed bil-għadma. Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma.
- Bżar u melħ
- Bżar aħmar (chilli pepper). Dejjem jekk tiggosta.
- Żejt taż-żebbuġa jekk jista jkun extra virgin
- Tursin imqatta
Metodu:
1. Għalli l-għaġin. Meta jkun sar qattru tajjeb u qegħdu ġod-dixx jew bieqja fejn se sservih.
2. Żid miegħu nofsijiet tat-tadam, ġobon, żebbug iswed, bżar, melħ u ż-żejt. Ħawwad tajjeb.
3. Jekk tkun se żżid il-bżar aħmar, roxxu fil-wiċċ issa. Erġa ħawwad.
4. Żejjen bit-turisn imqatta u servi. English Version |