Temperatura tal-forn: 180C, 350F, Marka tal-Gass 4
Għandek Bżonn:
• 50gr basal
• 50gr karotti
• 100gr qarabagħli
• 500gr kapuljat tat-tiġieġ
• 50gr ħafur
• Bajda
• 50ml ħalib
• Kwart ta‘ kuċċarina ħabaq niexef
• Kwart ta‘ kuċċarina ħxejjex aromatiċi mħallta
Metodu:
1. Poġġi l-ingredjenti ġo food processor
2. Ħaddimhom sakemm it-taħlita tkun lixxa.
3. Aqta biċċa karta forn u biċċa fojl u poġġihom fuq xulxin.
4. Poġġi t-taħlita fin-nofs tal karta tal-forn
5. Iffurma romblu għat-tul bil-karta forn u gerbu bil-galbu sakemm ikollok romblu bit-tarf tal-karta jħares il-fuq.
6. Gerbeb ukoll fil-fojl u truf geżwirhom bħal ma tkun tofija
7. Poġġiha ġo forn għall 50 minuta.
8. Neħħija mil-forn u poġġiha fuq gradilja ħalli tiksaħ.
9. Neħħii l-fojl u l-karta forn.
10. Qattaħħa slajsis .
English Version |