Ingredjenti:
- 400g kejk jew sponge
- 100g sultana
- 60g ċirasa
- 600ml ħalib
- 100g zokkor
- 4 bajdiet
- Essenza tal-vanilla
Metodu:
1. Aqta’ l-kejk jew sponge f’biċċiet kwadri żgħar.
2. Ġo bieqja qiegħed dawn il-biċċiet ta’ l-isponge u magħhom żid is-sultana, iċ-ċirasa u ħallat tajjeb.
3. Poġġi din it-taħlita ġo bwieqi żgħar. Ma tridx timla l-bwieqi sa fuq.
4. Poġġi l-ħalib ġo kazzola u qiegħed fuq in-nar. Trid tħawwad il-ħin kollu sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli.
5. Ġo bieqja qiegħed il-bajd, iz-zokkor u l-essenza tal-vanilla. Ħawwad tajjeb. Kif il-ħalib jiftaħ jagħli żidu fuq it-taħlita tal-bajd. Kompli ħawwad tajjeb.
6. Ferra din il-krema fuq it-taħlita li jkun hemm fil-bwieqi.
7. Poġġihom ġo dixx kbir u imla nofsu bl-ilma u sajjar għal 30 minuta fil-forn.
English Version |