Poġġi l-ħarrub ġo borma kbira flimkien mal-ilma u ħallih jixarrab għall 24 siegħa.
L-għada qed il-borma bil-ħarrub u l-ilma fuq in-nar moderat sakemm tiftaħ tagħli u sajjar għall 5 minuti bl-għatu fuqa.Wara ħalliha tiksaħ.
Sajjar l-imżiewed maqsuma fl-istess ilma sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
Ħalli t-taħlita tiksaħ u bil-ponta tas-sikkina neħħi l-qalba ta‘ kull nofs tal-mżiewed u żidhu mal-likwidu.
Erġa qiegħed fuq in-nar it-taħlita tal-mżiewed u l-qalba sakemm tiftaħ tagħli f‘borma mgħottija
Erġa rrepeti dan il-proċess għall ħamest ijem oħra. L-imżiewed ħallihom fl-istess ilma.
Fl-aħħar ġurnata meta t-taħlita tkun għada fietla saffiha minn ġo passatur fin u armi il-qxur. Wara għaddieħ minn ġo passatur fin biex tneħħi l-frakk li jkun fadal.
Itfa dak il-likwidu ġol borma u saħħan fuq in-nar mingħajr għatu.Sajjar fuq nar moderat bl-għatu mikxuf sakemm it-taħlita tiġi qisha xirobb.
Poġġi ftit fuq plattina biex tara jekk tiġix maqgħuda meta tiksaħ jew meta tpoġġi mgħarfa ġo taħlita din tiksi n-naħa ta‘ wara tal-imgħarfa.
Malli tilħaq dan il-punt itfi u neħħi minn fuq in-nar. Meta tkun għada sħuna ferra l-ġulepp ġo vażetti sterelizzati u xotti