Widget 103 FM

Brandy Sauce

Dan huwa s-sauce idejali biex isservi mal-Pudina tal-Milied.  Għandu togħma tajba ħafna u l-ingredjent l-aktar importanti hu x-xorb.  Tista tuża jew Brandy jew Rum skur.

 
Ingredjenti:
 
- 300ml ħalib
- 30g zokkor
- 15g butir
- 22g cornflour
- Ftit essenza tal-vanilja
- Brandy jew Rum skur
 
 
Metodu:
 
1.    Neħħi ftit mill-ħalib u għamlu ġo bieqja żgħira.  Żid miegħu il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm il-cornflour idub.
 
2.    Qiegħed il-bqija tal-ħalib ġo kazzola.  Żid miegħu ,z-zokkor u l-essenza tal-vanilja.  Qiegħed fuq nar moderat sakemm jiftaħ jagħli.
 
3.    Meta jiftaħ jagħli żid it-taħlita tal-cornflour.  Kompli sajjar sakemm jerġa jagħli filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.
 
4.    Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar.  Żid il-butir u x-xorb.  Ħawwad tajjeb.
 
5.    Dan is-sauce irid jisserva sħun ħdejn il-pudina.
 
 
English Version
Brandy Sauce
End of page