(Għal 4 persuni bħala ikla prinċipali u għal ma’ 225g tagliatelle)
Din ir-riċetta tintuża bħala l-bażi ta’ għexieren ta’ zlazi kremużi delizzjużi - żid kull ħaġa li tiggosta, skont l-istaġun.
Ingredjenti:
- 25g butir
- 25g krema ta’ l-aqwa kwalità
- 50g Parmiġġjan maħkuk (preferibbilment Parmiggiano Reggiano)
- Bżar mitħun frisk u melħ oħxon
- Noċemuskata mitħuna
Metodu:
- Dewweb il-butir f’kazzola wiesgħa.
- Żid nofs il-krema u ħalliha ttektek għal żewg minuti sakemm tagħqad ftit.
- Issa żid l-għaġin imsoffi, l-krema li fadal u l-ġobon.
- Roxx il-bżar, il-melħ u n-noċemuskata.
- Hawwad sew, duq l-għaġin u żid aktar melħ u bżar jekk tħoss il-ħtieġa.
- Servi mill-ewwel fi platti msaħħnin.
Varjazzjonijiet għal din ir-riċetta:-
Alfredo bis-salamun iffumiġat u t-tursin
Ħalli barra l-Parmiġġjan mir-riċetta bażika. Żid 50-110g salamun iffumiġat imqatta’ dadi kif ukoll żewg mgħaref tursin frisk imqatta’.
Alfredo bil-qargħa ħamra mixwija
Segwi r-riċetta bażika u żid magħha 225g qargħa ħamra mixwija kif ukoll ftit prinjol mixwi mat-tagliatelle msoffija.
Alfredo bil-bżar aħmar u l-aruka
Segwi r-riċetta bażika u żid bżar aħmar ħelu mixwi u mqatta’ strixxi kif ukoll ftit weraq tal-aruka mat-tagliatelle msoffija.
Alfredo bil-ful jew piżelli
Segwi r-riċetta bażika u żid ful imsajjar bla qoxra jew piżelli mat-tagliatelle msoffija.
English Version |