Ingredjenti:
· 4 qaqoċċ
· 2 mgħaref frak tal-ħobż
· 2 mgħaref ġbejniet nexfin maħkuka
· 2 bajdiet
· 2 tewmiet ħodor
· 2 mgħaref tursin
· 400gr laħam
· Ftit bżar iswed midħun
· Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
· Basla żgħira
· Nofs kuċċarina klin, salvja u merqtux
· 400gr tadam
· 200gr Kunserva tat-tadam
· 300ml ilma
Metodu:
1. F‘kazzola saħħan iż-żejt taż-żebbuġa, it-tewm u l-basla u sajjar. Żid il-ħwawar, it-tadam u l-kunserva, sajjar għal madwar 15-il minuta. Żid l-ilma u l-bżar u kompli sajjar.
2. Naddaf il-qaqoċċ. Ħallat flimkien il-laħam ikkapuljat, il-frak tal-ħobż, il-ġbejniet maħkuka, l-bajd, it-tewm, it-tursin u l-bżar. Imla l-qalba u bejn il-weraq tal-qaqoċċ kollha. Poġġihom fejn hemm iz-zalza.
3. Sajjar madwar siegħa sakemm isiru. English Version |