Widget 103 FM

Dekkuk il-Forn

Temperatura tal-forn 180C, 350F, Marka tal-gass 4 

Għandek Bżonn:
 
-       75gr dekkuk (millet)
-       Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
-       2 basliet
-       200gr faqqiegħ
-       200gr qarabagħli
-       400gr qlub tal-qaqoċċ
-       Sinna tewm
-       2 mgħaref żerriegħa tal-qaraħmar
-       2 mgħaref tursin
-       2 bajdiet
-       2 mgħaref ħalib xkumat
-       Mgħarfa ġobon maħkuk
-       Dixx tal-forn
 
 
Metodu:
 
1.    Sajjar id-dekkuk ġol-misħun jagħli għall-30 minuta . Qattar l-ilma minn ġo passatur.
 
2.    Imsaħ il-faqqiegħ, poġġieħ ġo tagen biż-żejt taż-żebbuġa flimkien mal-basal u l-qarabagħli sakemm jirtabu.
 
3.    Neħħiħ minn fuq in-nar u miegħu ħallat id-dekkuk flimkien mat-tursin imqatta‘
 
4.    Żid il-qlub tal-qaqoċċ flimkien mat-tewm u ż-żerriegħa tal-qaraħmar u sajjar għall ftit minuti oħra. ħalliħ jiksaħ.
 
5.    Ġo kazzola ħallat flimkien il-bajd u l-ħalib.
 
6.    Ħallat din it-taħlita mat-taħlita tal-ħaxix u d-dekkuk flimkien mal-ġobon.
 
7.    Poġġi t-taħlita ġo dixx .
 
8.    Sajjar ġo forn li tkun saħħant minn qabel għall 35 – 40 minuta. Servi
English Version
Dekkuk il-Forn
End of page