Ingredjenti:
- Nofs kaboċċa
- Ftit karrotti
- Basla
- Mayonnaise
- Bżar u melħ
- Żejt taż-żebbuġa jekk jista jkun extra virgin
Metodu:
1. Qatta l-kaboċċi rqaq ħafna. Tista tagħmel dan jew bil-food processor jew mixer. Poġġihom f’bieqja bl-ilma.
2. Ipprepara l-karrotti mqatta rqaq, jekk m’għandekx food processor jew mixer allura uża l-imħakka. Poġġihom fl-ilma flimkien mal-kaboċċi.
3. Qatta l-basal u żidu mal-karrotti u l-kaboċċi.
4. Neħħi mill-ilma u qattar sewwa. Importanti li tixxotta l-ħaxix tajjeb għaliex inkella il-mayonnaise ma taqbadx. Meta tkun żgur li l-ħaxix kollu xxotta qegħdu fid-dixx fejn se sservi l-insalata.
5. Żid ftit mayonnaise, bżar u melħ u ħawwad tajjeb.
6. Jekk trid flok mayonnaise tista żżid biss żejt taż-żebbuġa jekk jista jkun extra virgin. English Version |