Għandek Bżonn:
- 2 brokkoli sħaħ imdaqqsin
- 6 Patatiet
- 2 basliet
- 3 werqiet tal-karfusa
- 100g piżelli friska
- 4 ġbejniet friski jew 100g irkotta maqsuma f’erba
- 2 bajdiet
Metodu:
Agħmel daqs 8 platti b’stokk tal-ħaxix ġo borma. Aħsel u qatta l-brokkoli. Qatta l-patata f’biċċiet żgħar. Qatta wkoll il-basal, il-weraq tal-karfusa. Itfa kollox ġol-borma bl-ilma u ħallieh ibaqbaq sakemm isir il-ħaxix kollu. X’ħin tara li sar għaffeġ il-ħaxix kollu u itfa l-ġbejniet jew l-irkotta. Ħabbat żewg bajdiet ġol-platt, itfa ġol-borma ftit ftit waqt li tkompli tħawwad. Tista’ jekk trid iżżid ftit għaġin żibeġ. English Version |