Widget 103 FM

Majjal bl-Ananas (Pineapple)

Għandek Bżonn:

- Kilo majjal mqatta cubes żgħar (spalla aħjar)
- 2 basal mqatta slices twal
- 3 zkuk karfusa mqatta żgħar
- 2 bżar aħdar mqatta żgħir mhux ħafna
- 400gr faqqiegħ
- Bott pineapple rings ta’ 400gr – mqatta f’4
- Borża ta’ 200gr Cashew nuts
- 2 mgħaref zokkor ismar
- Mgħarfa u nofs soya sauce
- 4 mgħaref ħall ismar
- 2 mgħaref cornflour
- Ross jew noodles
- Daqs kemm ikollok meraq fil-bot tal-Pineapple għamel ilma.
 
 
Metodu:
 
Poġġi mgħarfa żejt fil-wok, żid il-majjal u ħallieħ itektek.  X’ħin isir żid il-basal u ħallieħ isir ftit. Żid bżar, karfus, pineapple, faqqiegħ, cashew nuts, zokkor ismar u soya sauce.
 
Dejjem tektek ftit qabel ma titfa kull ingredjent. X’ħin isir żid il-meraq tal-pineapple u daqsu ieħor ilma. X’ħin isir, ħoll 2 mgħaref cornflour ġo 2 mgħaref ilma. Żidu fil-wok, ħawwad sewwa u itfi n-nar. Għalli r-ross, saffi mill-ilma u servi fuq ir-ross jew noodles skont x’tiggosta.
 
Flok laħam tal-majjal tista’ tagħmel kilo sider ta’ tiġieġ mqatta.
 
English Version
Majjal bl-Ananas (Pineapple)
End of page