Kejk bil-Banana u t-Tuffieħ
Ingredjenti:
- 2 tazzi dqiq self-raising
- Kuċċarina baking powder
- Kuċċarina trab tal-kannella
- 50ml żejt taż-żebbuġa
- Kuċċarina għasel
- Ħalib xkummat.
- 2 bajdiet, imħabbtin
- 3 banani magħfġin.
- 2 tuffiħiet, imqaxxrin, mingħajr żerriegħa u imqattin.
Metodu:
1. Saħħan il-forn għall-180 degrees Celsius. Idlek id-dish li fih se taħmi.
2. Ġo skutella ħallat, id-dqiq, baking powder, trab tal-kannella.
3. Ġo borma żgħira itfa ftit butir u l-għasel u ixgħel fuq nar baxx sakemm l-butir jinħall. Itfaha ġol-iskutella tat-taħlita.
4. Żid il-ħalib u l-bajd u ibqa' ħawwad sakemm it-taħlita tiġi ratba. Itfa l-banana u t-tuffieħ u erġa ħawwad.
5. Itfa' t-tahlita ġo dish u itfa fil-forn għal madwar 50 minuta. English Version | |