Widget 103 FM

Tiġieġ bil-Barli u l-Ħaxix

Ingredjenti: 

  • 2 koxxox tat-tiġieġ
  • 250gr barli
  • 1 patata
  • Basla
  • 2 karrotti
  • 100g piżelli
  • 2 sinniet tewm
  • Mgħarfa kunserva
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • Ftit żerriegħa tal-bużbież
  • Bżar u melħ
  • Ftit paprika

Metodu: 

Neħħi l-ġilda tal-koxxox tat-tiġieġ u aqsamhom fit-tnejn u mmarinahom fiż-żejt, kunserva, tewm, żerriegħa tal-bużbież, paprika, bżar u melħ.

Qatta l-karrotti, l-basal, l-patata u żiedhom mat-taħlita. Żid ukoll il-piżelli u l-barli u ħawwad kollox.

Sajjar kollox fuq il-fwar għal 30 minuta.

English Version
Tiġieġ bil-Barli u l-Ħaxix
End of page