Ingredjenti:
- 275gramm penne
- 690gramm brokkoli
- Sinna tewm
- 450gramm sider tat-tiġieġ
- 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa light
- 320gramm mayonnaise light
- Pakkett ħwawar tat-tiġieġ
- Ġobon parmesan jew ġbejniet
- Ftit paprika, klin u bżar
Metodu:
1) F’skutella żgħira ħallat flimkien il-mayonnaise u l-paprika u fi platt ħallat l-klin u l-bżar.
2) Ippinzella s-sider tat-tiġiega bit-taħlita tal-mayonnaise, imbagħad ferrex fuqhom it-taħlita tal- klin u l-bżar.
3) Sajjar is-sider tat-tiġieġa fi grillja (grill pan), iksi il-wiċċ bil-fojl u sajjar għal madwar 20 minuta. Neħħi l-fojl u kompli grillja għal madwar 5 minuti oħra fuq iż-żewġ naħat.
4) Neħħi minn fuq in-nar, ħalli s-sider jibred u qatta fi slajsis irqaq.
5) Għalli l-għaġin u saffiħ sew. F’taġen saħħan iż-żejt taż-żebbuġa, żid il-basla u t-tewm u sajjar sakemm jiġu trasparenti. Żid is-sider tat-tiġieġa imqatta u l-brokkoli. Ferrex ftit bżar għat-togħma.
6) Ħallat din it-tahlita mal-għagin u żejjen il-wiċċ bi ftit ġbejniet maħkuka jew ġobon u tursin frisk. English Version |