Widget 103 FM

Insalata tar-Ross

Ingredjenti:

- 150g ross ismar
- 400ml – 600ml ilma biex issajjar ir-ross
- Bott ton taż-żejt żgħir
- 2 tadamiet
- Bajda iebsa
- Mgħarfa mayonnaise (xaħam baxx)
- Mgħarfa kappar
- Mgħarfa żebbuġ imqatta’
- Kuċċarina tursin imqatta’ rqiq
- Bżar u melħ
 
 
Metodu:
  1. Sajjar ir-ross fil-misħun, bi ftit bżar u melħ, sakemm jinxtorob l-ilma kollu.
  2. Qattar it-ton taż-żejt miż-zejt u farrku.
  3. Aħsel it-tadam u qattgħu biċċiet żgħar.
  4. Qatta’ l-bajda biċċiet żgħar.
  5. Poġġi r-ross ġo skutella kbira u ħallat l-ingredjenti kollha, kif ukoll iż-żebbuġ u l-kappar.
  6. Żid il-mayonnaise u ħallat sew.
  7. Servi ġo platt imżejjen b’tadama u tursin.
English Version
Insalata tar-Ross
End of page