Widget 103 FM

Kejk tal-Karrotti u il-Ġewż

Għandek Bżonn :

-          100g ġewż
-          340g karrotti nejjin mqattgħin rqaq
-          260g dqiq plain
-          Kuċċarina baking soda
-          Kuċċarina u nofs baking powder
-          Kuċċarina u nofs ground cinnamon
-          4 bajdiet kbar
-          200g zokkor
-          150ml żejt
-          2 kuċċarini vanilla
 
 
Metodu :
 
1.      Saħħan il-forn temperatura 180 gradi celsius u idlek bil-butir landa tal-kejk u mad-dawra tagħha għamel biċċa karta forno.
2.      Poġġi l-ġewż fuq pjanċa u ixwiħ fil-forn għal madwar 8 minuti jew sakemm jinxtewa u jsir kannella ċar. Imbagħad oħorġu u ħallih jiksaħ u wara farrku fin.
3.      Qaxxar il-karrotti , qattgħhom irqaq ukoll u ħallihom lesti.
4.      F`skutella oħra poġġi u ħawwad flimkien id-dqiq, baking soda, baking powder, u l-ground cinnamon u ħallihom fil-ġenb.
5.      Fil-bowl tal-mixer ta` l-elettriku ħabbat il-bajd għal madwar minuta, imbgħad żid iz-zokkor u ħawwad flimkien sakemm jgħaqqdu u jiġu ta` kulur dehbi. Żid iż-żejt bil-mod u wara żid il-vanilla u kompli ħawwad. Fl-aħħar itfa u ħawwad bil-mod bi spatula, qisek qed titwi, il-karrotti u l-lewż mat-taħlita.
6.      Itfa l-kejk fil-landa u daħħal fil-forn biex isir għal madwar 25 sa 30 minuta.
7.      X`ħin ikun lest ħallih jiksaħ imbagħad servi.
English Version
Kejk tal-Karrotti u il-Ġewż
End of page