Għandek Bżonn:
- 30 gramma margerina polyunsaturated
- Basla mqatta
- 2 mgħaref dqiq
- 250 ml ħalib
- 60 ml inbid abjad
- 100gr irkotta
- 50ml halib
- 250 gramma għagin imsajjar
- 125 gramma ġobon cheddar maħkuk
- 25 gramma parmiġan maħkuk
- 120 gramma karrotti mħakkek
- 120 gramma zukkini imħakkek
- 2 bajdiet mgħollija (iebsin)
- Mgħarfa tursin imqatta
- 50 gramma frak tal- ħobż
Metodu:
1. Ħoll il-marġerina,
2. Żid il-basla u sajjar sakemm tiġi ratba,
3. Żid id-dqiq u ħawwad sakemm jixxotta u jigi frak,
4. Neħħi min fuq in nar u żid il-ħalib u l-inbid
5. Erġa poġġi fuq in- nar sakemm jaqgħad is-sos
6. Ħawwad l-irkotta mal-ħalib u waddab it-taħlita ġo borma kbira u żid l-għagin,il-ġobon,il-karrotti, iz-zukkini, it-tursin u il-bajd imfarrak flimkien mal-irkotta u l-ħalib.
7. Poġġi t-taħlita ġo dixx u iksi il-wiċċ bil-frak tal-ħobż
8. Sajjar ġo forn moderat għal madwar 25 minuta. English Version |