Ingredjenti:
- 500 gramma ħobż niexef
- Qoxra ta’ nofs lumija u larinġa
- 150 gramma ċirasa u “candied peel”
- 50 gramma “drinking chocolate”
- 200 gramma zokkor
- Tliet bajdiet
- 150 gramma sultanas
- 600 millilitru ħalib
- Ftit Kannella
- 100 gramma marġerina
- 2 tuffieħat imqatta’
- 150 gramma ġellewz imkisser
Metodu:
1. Agħtti l-ħobż kompletament bl-ilma għal almenu erba’ sigħat.
2. Poġġihom f’passatur u agħsar kemm jista’ jkun ilma mil-ħobż.
3. Qatta’ l-marġerina f’biċċiet żgħar u aħdimhom fil-ħobż.
4. Żid l-ingredjenti l-oħra u ħawwad sew.
5. Itfa’ t-taħlita f’dixx tat-torti mdellek bil-butir u aħmi b’forn moderat għal almenu, ħamsin minuta.
6. Servi sħun jew kiesaħ.
JEW:
Ingredjenti:
- Ħobża jew il-fdal tal-ħobż li jkun baqagħlek mill-jiem ta’ qabel
- 2 mgħaref kokkodina (drinking chocolate)
- ¼ pakkett marġerina
- Borża coconut
- Ftit ħalib
- 3 imsiemer tal-qronfol
- Naqra vanilla
- Naqra mixed spice
- 2 bajdiet
- 250g passolina mis-safra
- 200g ċirasa
- Tuffieħa mqatta’
Metodu:
Ħalli l-ħobż ġo borma bl-ilma għal ftit tal-ħin. Wara farrak il-ħobż u saffieħ sewwa mill-ilma ġo passatur. Poġġi l-ħobż mgħaffeġ ġo bieqja kbira u waddab il-marġerina. Aħdem sewwa sakemm il-butir jinħall. Imbgħad waddab il-kokkodina u ħawwad sakemm il-ħobż jieħu l-kulur kannella. Qaxxar it-tuffieħa u qattagħha f’biċċiet żgħar. Wara, żid l-ingredjenti solidi kollha. Ħabbat il-bajd u żid ukoll. Ħawwad kollox flimkien. Żid il-ħalib sakemm tara lit-taħlita la hija iebsa u lanqas immerqa.
Idlek dixx bil-marġerina u waddab it-taħlita ġo fih. Ikkalkula l-qies tad-dixx skont kemm għandek taħlita biex l-għoli tat-taħlita jkun bejn 2 u 3 ċentimetri. Illixha l-wiċċ tagħha u daħħal fil-forn Gas mark numru 7. Meta tara li ħadet lewn kanella skur itfi.
English Version |