Widget 103 FM

Riżorsi onlajn

 

Archdiocese of Malta L-Arċidjoċesi ta' Malta
Il-Knisja f’Malta hija ħerqana li tilħaq in-nies u żżomm kuntatt kontinwu magħhom. Għal din ir-raġuni, il-Knisja varat dan il-portal biex jipprovdi tagħrif lill-komunità ġenerali u jiddjaloga magħha. Dan il-portal jinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar id-diversi entitajiet tal-Knisja f’Malta u aġġornamenti regolari dwar l-aħħar avvenimenti fil-Knisja lokali u universali. L-utenti jistgħu wkoll jiktbu direttament lill-Arċisqof.
www.maltadiocese.org
   
Il-Bank APS Il-Bank APS
Il-Bank APS twaqqaf fl-1910 bħala Bank tat-Tfaddil tal-Appostolat tat-Talb. Beda jwettaq operazzjonijiet kummerċjali f’Settembru tal-1991 u joffri s-servizzi bankarji kollha. L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex huma l-azzjonisti ewlenin tal-Bank. 
www.apsbank.com.mt
Dolceta
Dolceta
Dolceta – Online Consumer Education (www.dolceta.eu) huwa sit elettroniku li joffri għażla wiesgħa ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, is-sigurtà tal-prodotti, il-konsum sostenibbli, is-servizzi (eż. enerġija, ilma, trasport, posta u telekomunikazzjoni) u servizzi finanzjarji. Dawk il-konsumaturi li jixtiequ jkunu jafu aktar, jistgħu jidħlu fis-sit u jsibu kemm informazzjoni dwar dawn is-suġġetti, kif ukoll xi eżerċizzji interattivi biex jippruvaw l-għerf tagħhom. L-għalliema jistgħu jużaw is-sit bħala sors ta’ informazzjoni dwar l-edukazzjoni tal-konsumaturi u biex jaċċessaw b’xejn diversi pjanijiet għal lezzjonijiet u riżorsi relatati adattati għal student tal-primarja, tas-sekondarja u adulti. Is-sit joffri wkoll aċċess għal siti oħrajn utli. Il-materjal kollu fis-sit ġie żviluppat biex ikun applikabbli għall-kuntest Malti. Iklikkja fuq Malta jew il-bandiera Maltija paġna ewlenija (homepage) biex tibda.
www.dolceta.eu

English Version
Riżorsi onlajn
End of page