Dolceta
Dolceta – Online Consumer Education (
www.dolceta.eu) huwa sit elettroniku li joffri għażla wiesgħa ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, is-sigurtà tal-prodotti, il-konsum sostenibbli, is-servizzi (eż. enerġija, ilma, trasport, posta u telekomunikazzjoni) u servizzi finanzjarji. Dawk il-konsumaturi li jixtiequ jkunu jafu aktar, jistgħu jidħlu fis-sit u jsibu kemm informazzjoni dwar dawn is-suġġetti, kif ukoll xi eżerċizzji interattivi biex jippruvaw l-għerf tagħhom. L-għalliema jistgħu jużaw is-sit bħala sors ta’ informazzjoni dwar l-edukazzjoni tal-konsumaturi u biex jaċċessaw b’xejn diversi pjanijiet għal lezzjonijiet u riżorsi relatati adattati għal student tal-primarja, tas-sekondarja u adulti. Is-sit joffri wkoll aċċess għal siti oħrajn utli. Il-materjal kollu fis-sit ġie żviluppat biex ikun applikabbli għall-kuntest Malti. Iklikkja fuq Malta jew il-bandiera Maltija paġna ewlenija (homepage) biex tibda.