Agħraf għix ħajtek aħjar billi tieħu l-parir meħtieg fil-qasam li għandek bżonn. Jekk tisma’ l-programm GĦALINA LKOLL kuljum bejn id-9.15 am u nofs in-nhar tkun qed tgawdi minn konsulenza professjonali mingħand esperti li jogħġobhom jagħtu parir f’laqgħat mas-semmiegħa f’għadd kbir ta’ oqsma – legali, mediku, sbuħija, tisjir, perizja, dekor tad-dar, dieta eċċ. Dawn il-pariri jaslu f’taħlita pjaċevoli ta’ mużika u tagħrif ieħor fil-kumpanija professjonali ta’ Christine Delicata tkun mas-semmiegħa it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, Sonia Young talterna fil-jiem tat-Tlieta u l-Ħamis matul il-ġimgħa.
|