Manni Spiteri

Manni Spiteri għandu karriera ta' 'l fuq minn 50 sena marbuta max-xandir bir-radju u t-televiżjoni. Kien il-Kap Esekuttiv ta' l-istazzjonijiet Nazzjonali tar-radju u televiżjoni għal 'l fuq minn 9 snin u kien inħatar l-ewwel Chairman u Direttur tal-kumpanija 'Public Broadcasting Services Ltd’.Tul il-karriera tiegħu bħala xandar professjonali u amministratur fil-media, kien minn ta' quddiem fit-trawwiem ta' kuxjenza nazzjonali fil-wirt ta’ pajjiżna u fl-esekuzjoni ta' xogħlijiet letterarji u drammatiċi bl-ilsien Malti fuq il-mezzi tax-xandir. Bħalissa hu membru fuq il-bord ta' RTK u l-Media Centre, konsulent għal-media u membru fil-kumitat tat-TV Unit. Fl-1999, kien maħtur membru fl-'Ordni Nazzjonali tal-Mertu' għas-servizzi tiegħu fil-qasam tax-xandir f'pajjiżna.


Go to page »