Għalliema tal-mużika fl-iskola 'St Joseph' fejn ilha dawn l-aħħar ħmistax il-sena. Nathalie għandha l-L.R.S.M fid-daqq tal-pjanu u tħobb ukoll iddoqq il-kitarra. Hi tħobb ukoll is-safar, l-kant u d- drama. Ilha ma’ Radju RTK sittax il-sena u tammetti li l-programmi għenuha tiżviluppa l-karattru tagħha u tħares lejn il-ħajja ta’ madwarha b’mod aktar pożittiv. Temmen li kull xandar għandu jwassal messaġġ ta’ kuraġġ u tama lill kull min ikun qed jisimgħu. |